Skip to main content

Min jista' jtella' lista u kif tiġi ssorveljata l-kwalità tal-lista? - Knowledgebase / Opportunitajiet tal-Erasmus+ / Qed isib lista - School Education Gateway Support

Min jista' jtella' lista u kif tiġi ssorveljata l-kwalità tal-lista?

Authors list

Kulħadd jista’ jippowstja kors, opportunità ta' Mobilità jew talba għal sħubijiet strateġiċi fuq School Education Gateway. L-unika kundizzjoni biex toħloq lista hija li l-utenti jrid ikollhom kont ta’ login assoċjat ma’ organizzazzjoni, u kull organizzazzjoni jeħtieġ ikollha Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC).

Korsijiet, opportunitajiet ta’ mobilità , u talbiet għal sħubijiet strateġiċi huma offruti minn organizzazzjonijiet indipendenti, li huma mitluba jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ School Education Gateway rigward il-listi tagħhom. Il-listi mhumiex approvati jew awtentikati minn qabel mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Aġenziji Nazzjonali.

Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta ebda responsabilità rigward il-kontenut, kunsinn jew ġestjoni. L-utenti jistgħu jirrappurtaw kwalunkwe kontenut jew organizzazzjoni li jaħsbu li huma illeġittimi jew offensivi. L-amministraturi tal-websajt jistgħu jkunu kkuntattjati permezz tal-paġni ta’ appoġġ.

Utli Mhux utli

3 ta' 3 nies li sabu din il-paġna utli